Internazzjonali

L-2023: Rekord ta’ sħana, bit-temperaturi għoljin jiżdiedu wara Lulju

Is-sena 2023 hi  konfermata bħala l-aktar waħda sħuna kemm ilhom jinżammu r-rekords – bit-temperaturi għoljin jibqgħu xprunati mill-bidliet fil-klima kaġunati mill-attivitajiet tal-bniedem waqt li mogħtija spinta mill-fenomenu tat-temp magħruf bħala El Nino.

Is-servizzi tal-klima tal-Unjoni Ewropea qalu li s-sħana matul is-sena li għaddiet kienet ogħla b’1.48 Celsius mill-medja tas-sħana għat-tul taż-żmien qabel il-bnedmin bdew jaħarqu l-ammonti kbar ta’ fossil fuels.

U minn Lulju ‘il hawn, kważi kull ġurnata reġistrat temperaturi ogħla rekord għall-perjodi partikulari u fuq livell globali. Dan ukoll waqt li t-temperaturi tal-baħar baqgħu aktar sħan minn tas-snin preċedenti.

Dawn ir-rekords globali jfissru li d-dinja qed tfalli fl-isforzi biex trażżan l-effetti tal-global warming  u meta, sena ilu — minkejja l-kumplikazzjonijiet relatati mal-klima tagħna — l-ebda entità xjentifika ma kienet bassret li l-2023 kellha tkun l-aktar sena sħuna fl-istorja.