Darren Carabott, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott sostna fil-parlament li l-arti li tinġieb f’Malta għandha tkun inkisbet minn sorsi nodfa.
Darren Carabott qal li l-pajjiż għandu jtejjeb il-mod kif jippreżenta l-istorja tiegħu u sostna li jrid ikun assigurat li l-patrimonju li jinġieb fil-pajjiż jkun inkiseb minn sorsi finanzjarji legali. Malta għandha rwol importanti xi twettaq għaliex din hi kriminalità organizzata li jkollha valur kbir.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż għandu jirregola min ikun stabbiliet liema opri tal-arti qed jinġiebu fil-pajjiż. Għandu jkun stabbilit li dawn l-opri tal-arti jinġiebu f’Malta jkollhom warajhom mezzi finanzjarji nodfa.
Darren Carabott tkellem dwar l-opri tal-arti fil-kuntest ta’ importanza nazzjonali u appella biex dan ir-rwol ikun fdat għand is-Sovratendenza tal-Wirt Nazzjonali. Hu appella biex tikber il-kuxjenza fuq il-wirt nazzjonali.
Hu semma’ l-bini bil-concrete li qed isir fil-Konkattidral ta’ San Ġwann u qal li dan hu ta’ disprezz lejn dan il-post ta’ importanza dinjija.