Wara li ftit tal-jiem ilu l-UHM ħabbret sensiela ta’ direttivi għall-ħaddiema amministrattivi, tekniċi u industrijali fl-Univesità ta’ Malta; KSU flimkien ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet tal-istudenti appellaw sabiex jintlaħaq qbil b’mod immedjat dan hekk kif id-direttivi qed jaffetwaw direttament lill-istudenti.
Permezz ta’ stqarrija KSU uriet tħassib kbir dwar il-fatt li dawn id-direttivi kapaċi jħallu impatt fuq l-istudenti f’perjodu mill-aktar kruċjali għaliex matul ix-xahar ta’ Jannar ikunu għaddejjin l-eżamijiet.
Minn naħa l-oħra KSU qalet li tifhem għalfejn bħalissa għaddejjin dawn id-direttivi fuq ftehim kollettiv li ilu li skada minn Diċembru tal-2021…sitwazzjoni li żgur hija frustranti għal numru kbir ta’ ħaddiema.
Intant, fl-istqarrija KSU appellat lil dawk kollha involuti fin-negozjati sabiex jirriflettu fuq l-impatt li dawn id-direttivi kapaċi jħallu fuq l-istudenti kif ukoll li jintlaħaq qbil. Dan apparti li fakkret li l-Gvern kien wiegħed li s-saħħa mentali kellha tkun ta’ prijroità għalih filwaqt li huwa inaċċettabbli li d-direttivi qed iħallu impatt fuq l-edukazzjoni tal-istudenti.
//= $special ?>