Gowl ta’ Hayden Hackney kien biżejjed biex Middlesbrough għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 1-0 fl-ewwel leg mis-semi finali tal -Carabao Cup li ntlagħbet fir-Riverside Stadium. L-uniku gowl tal-partita wasal fis-36 minuta meta Isaiah Jones għadda tajjeb minn fuq Levi Colwill, bil-cross tiegħu isib lil Hayden Hackney li bil-kalma kollha xeħet fix-xibka għal 1-0. Numru ta’ okkażżjonijiet ta’ skor mitlufa minn Chelsea partikolarment opportunitajiet ta’ skor minn Cole Palmer. B’hekk Middlesbrough se jieħdu dan il-vantaġġ fi Stamford Bridge għall-partita ta’ ritorn.
Illum: M’boro v Chelsea 1-0
Għada: Liverpool v Fulham 9.00pm