‘Niddedika din ir-rebħa lill-partitarji tagħna’
- Luciano Zauri, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Rebħa kbira mit-tim tagħna kontra tim kbir. Floriana mhux b’kumbinazzjoni li jinsabu fejn jinsabu għax huma tim qawwi ħafna’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Floriana. Zauri kompla, ‘Kuntent ħafna għall-partitarji tagħna iżda issa ngawdu ftit dan il-mument u mill-ewwel nibdew naħsbu fuq il-logħba li jmissna fl-FA Trophy. Din hija logħba importanti wkoll għalina peress li rridu nirbħu kemm jista jkun unuri.’
‘Bħalma rbaħlna fl-aħħar minuta nistgħu nitiflu wkoll’
- Mauro Camoranesi, kowċ Floriana FC
‘Meta tara l-ferħ tal-plejers, diriġenti u partitarji tal-Ħamrun wara din ir-rebħa tinduna li lagħbu kontra tim kbir. Dan ikompli jikkonfermali li ninsabu fit-triq it-tajba.’ Kliem il-kowċ ta’ Floriana Mauro Camoranesi wara t-telfa kontra Ħamrun Spartans. L-ex player internazzjonali Taljan kompla hekk. ‘Bħalma rbaħna logħbiet fl-aħħar minuta nistgħu nitilfu wkoll. Diżappuntat li ma’ ħadna xejn minn din il-partita iżda ninsab trankwill għax il-plejers tiegħi għamlu logħba kbira. Nifraħ lil Ħamrun li huwa tim tajjeb ħafna.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Floriana | 12 | 29 |
Ħamrun Spartans | 12 | 29 |
Sliema Wanderers | 12 | 25 |
Marsaxlokk | 12 | 20 |
Birkirkara | 12 | 20 |
Naxxar Lions | 12 | 19 |
Hibernians | 12 | 18 |
Balzan | 12 | 17 |
Gżira United | 12 | 11 |
Valletta | 12 | 11 |
Mosta | 12 | 11 |
Santa Lucia | 12 | 9 |
Gudja United | 12 | 6 |
Sirens | 12 | 6 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 9 |
Kemar Reid (Floriana) | 8 |
Yuri Messias (Marsaxlokk) | 8 |
Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 7 |
Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 6 |
Andrei Ciolacu (Birkirkara) | 6 |
Federico Falcone (Valletta) | 6 |
Giannis Bastianos (Hibernians) | 5 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 20 ta’ Jannar, 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Hibernians – Ħamrun S.
5.00pm Naxxar L. – Mosta
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Sirens – Sliema W.
4.15pm Gudja Utd. – Valletta
Il-Ħadd 21 ta’ Jannar, 2024
Centenary Stadium
11.00am B’Kara – Sta Lucia
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Floriana – Gżira Utd.
4.15pm Balzan – M’Xlokk
//= $special ?>