Lokali

Robert Abela jisħaq li t-tkeċċija ta’ Aaron Farrugia ġiet quddiem il-bżonn ta’ tiġdid fil-Kabinett

Fl-aħħar jiem rajna reshuffle fil-kabinett ta’ Robert Abela – bidliet li kienu primarjament jinvolvu t-tkeċċija tal-Ministru tat-Trasport Aaron Farrugia u t-tneħħija ta’ Fearne minn Ministru tas-Saħħa. Xejn aktar. Bidliet deskirtti mill-PN bħala “kosmetiċi”.

It-Tlieta filgħodu, issejħet l-ewwel laqgħa minn mindu seħħ dan ir-reshuffle. U Net News staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela dwar it-tkeċċija ta’ Aaron Farrugia mid-dekasteru tiegħu – bil-Prim Ministru jisħaq li kien hemm bżonn tiġdid fil-Kabinett.

Pressat biex jagħti raġuni eżatta għalfejn Aaron Farrugia tkeċċa kompletament mill-Kabinett, huwa qal li din kienet deċiżjoni fl-interess nazzjonali.

Apparti il-mossa fuq Aaron Farugia, kien hemm it-tneħħija ta’ Chris Fearne minn Ministru tas-Saħħa, b’dan id-dekasteru issa jmur f’idejn JoEtienne Abela illi fl-aħħar jiem ma tantx wera li għadu soluzzjonijiet għall-kriżi li qed jaffaċja dan is-settur.

Net News tkellem ukoll mal-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri li issa ngħata dekasteru ġdid taħt idejh, dak tal-Ippjanar – mossa li diġa’ qed iġġib magħha ħafna dubji u domandi leġittimi.

Fost l-ewwel deċiżjonijiet li se jkollu jaffaċja Clint Camilleri….hemm l-applikazzjoni għal blokka appartamenti ftit metri ‘l bogħod mill-Ġgantija, u l-approvazzjoni ta’ blokka appartamenti oħra f’għalqa fl-Imqabba. Dan fost diversi kontroversji oħra li għadhom pendenti, u li fil-qalba tagħhom hemm l-Awtorità tal-Ippjanar.