Tħabbret il-mewt ta’ Agnes née Sciberras, il-mara tal-Eks Ministru Nazzjonalista Lawrence Gatt, li kien elett fil-Parlament għall-ewwel darba mal-Partit Nazzjonalista fl-1971 u baqa’ jiġi elett fl-erba’ elezzjonijiet ta’ wara biex irrappreżenta lill-kostitwenti tiegħu fil-Parlament għal 25 sena sħaħ.
Lawrence Gatt kien Ministru tal-Iżvilupp tal-Produzzjoni bejn l-1987 u l-1990, Ministru tal-Agrikoltura u Sajd mill-1990 sal-1992, u Ministru tal-Ikel, Agrikoltura u Sajd mill-1992 sal-1994.
Wara li rtira mill-karriera politika, Lawrence Gatt beda jikteb il-kotba u llum għandu diversi pubblikazzjonijiet, fosthom ktieb ta’ stejjer umoristiċi, ġabra ta’ poeżiji, tliet rumanzi, u kotba oħra ta’ novelli.
L-aħħar tislima lil Agnes Gatt se tingħata nhar is-Sibt li ġej fil-Bażilika tal-Mosta, fit-8.30am.
//= $special ?>