Lokali

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi fil-Mellieħa wara li nqaleb high-up

Żewġt irġiel Ingliżi qed isoffru minn ġrieħi gravi wara li high-up li kienu fuqu inqaleb.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħodu fil-Miżieb, limiti tal-Mellieħa, meta għal xi raġuni żewġt irġiel ta’ 58 u 45 sena, weġġgħu wara li nqaleb il-high-up li kienu fuqu.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei sabiex
jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.