Atalanta ssorprendew lil Milan meta fil-kwartifinali tal-Coppa Italia, kisbu rebħa ta’ 2-1 f’San Siro. Milan fil-vantaġġ fil-45 minuta permezz ta’ Rafael Leao. Sekondi qabel il-mistrieħ Atalanta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Teun Koopmeiners qabel ma l-istess player fit-tieni taqsima għamilhom 2-1 permezz ta’ penalty fid-59 minuta.
Fid-Derby ta’ Ruma, kienu Lazio li rnexxielhom javvanzaw għas-semifinali meta għelbu lir-rivali Roma 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fil-51 minuta permezz ta’ penalty ta’ Mattia Zaccagni. Lejn it-tmiem seħħ xi inkwiet bejn ż-żewġ timijiet fejn l-ewwel tkeċċa Pedro ta’ Lazio għat-tieni karta safra biex mbagħad għal Roma tkeċċew Sardar Azmoun, Gianluca Mancini u l-kowċ Jose Mourinho.
//= $special ?>