L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kundannaw bla riservi lill-Korea ta’ Fuq komunista wara li r-reġim fi Pyongyang ipprovda l-missili ballistiċi lir-Russja…Azzjoni li fi kliem il-Punent qed ‘tistimola l-gwerra tal-Kremlin kontra l-Ukrajna’.
L-Alleati tal-Punent, permezz ta’ stqarrija, qalu li t-trasferiment tal-armamenti mill-Korea ta’ Fuq lir-Russja serva biex iżid it-tbatija tal-poplu Ukren filwaqt li qed jappoġġja l-aggressjoni tar-Russja. Fl-istess ħin l-aġir tal-Korea komunista qed jipperikola wkoll il-ftehim li jħares kontra l-proliferazzjoni tal-armi fuq livell globali.
Il-komunikat kien anki firmat minn kważi 50 pajjiż ieħor, fosthom ir-Renju Unit, il-Ġappun,il-Korea t’Isfel, l-Arġentina, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand u n-Norveġja.
Kien innutat ukoll li l-proviżjoni tat-tagħmir militari lir-Russja seħħet b’abbuż ‘sfaċċat’ tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li għandhom ukoll l-appoġġ ta’ Moska. Ir-riżoluzzjonijjiet kienu adottati rir-rigward tal-programm nukleari tal-Korea ta’ Fuq – u fejn jimponu embargo li jipprojbixxi l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-armamenti minn dan il-pajjiż komunista.
//= $special ?>