Ir-ras iebsa tal-Gvern mhi qed twassal għal imkien. Il-Gvern Laburista jibqa’ jirreżisti t-talba tal-UĦM Voice of the Workers u tal-MUT rispettiviament għall-finalizzazzjoni tal-ftehim kollettiv li ilu li skada sentejn. Hekk saħqu Ivan Castillo Kelliem għas-Settur Marittimu u x-Xogħol, Justin Schembri Kelliem għall-Edukazzjoni u s-Snajja’, il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista u TeamStart.
Hekk dawn tkelmu fuq kif Ir-ras iebsa waslet għal azzjoni industrijali mill-unions, hekk kif il-UĦM ordnat direttivi għall-ħaddiema amministrattivi, tekniċi u industrijali tal-Università ta’ Malta, filwaqt li fl-MCAST hemm fis-seħħ azzjonijiet anki mil-letturi ordnati mill-MUT. Dan minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-Gvern biex jipprijoritizza lil dawn il-ħaddiema essenzjali fis-sistema edukattiva.
Il-Gvern mhux jagħmel dak li hu mistenni minnu, jiġifieri li jkomplu t-taħditiet u li jintlaħaq ftehim. Fl-aħħar mill-aħħar, huma l-istudenti li qed ibatu minħabba r-ras iebsa tal-Gvern.
Issa saret in-norma li l-Gvern joħloq problema bla bżonn u wara jxejjer il-bandiera tas-suċċess meta jsolvi l-problema li ħoloq hu stess. Jibqa’ jkun il-Gvern li jipprijoritizza l-ispin fuq dak li hemm bżonn u l-aħjar interessi tal-poplu jew f’dan il-każ l-istudenti u l-ħaddiema.
komplew iżidu fuq Il-fatt li l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandux ħjiel li jidentifika l-urġenza ta’ din is-sitwazzjoni u l-importanza ta’ dawn il-ħaddiema juri biċ-ċar li l-Gvern m’għandux il-prijoritajiet tiegħu fl-ordni u li m’għandu l-ebda pjan għall-futur.
Filwaqt li l-Gvern sab abbundanza ta’ fondi pubbliċi għall-ħbieb tal-ħbieb u kuntratti korrotti u mimlija frodi, bħall-Vitals u Steward, mhu jsibha diffiċli xejn li jkompli jixxaħħaħ mal-ħaddiema.
Il-Partit Nazzjonalista jtenni li l-Gvern għandu jidentifika l-bżonnijiet ta’ dawn il-ħaddiema, kif ukoll il-kontribut tagħhom fis-sistema edukativa, u jerġa’ jmur lura fuq il-mejda tad-diskussjonijiet. Gvern serju m’għandux jaħrab mid-diskussjoni.
//= $special ?>