Futbol Sport

IZIBET FA Trophy: Il-Ħamis jingħata bidu għar-round ta’ 32 bil-partita Santa Lucia kontra Marsa

(Ritratt: Martin Agius)

Waqfa żgħira mill-Kampjonat BOV Premier u għada jingħata bidu għar-round ta’ 32 tal-IZIBET FA Trophy bl-ewwel partita tkun dik bejn Santa Lucia u t-tim miċ-Challenge League Marsa, li se tkun qed tintlagħab fis-Centenary Stadium.

B’kollox minn għada sa nhar it-Tnejn se jkunu qed jintlagħabu 16-il konfront minn din il-kompetizzjoni bil-holders Birkirkara se jibdew jiddefendu dan it-tieni l-akbar unur fil-football Malti b’konfront li fuq il-karta jidher wieħed faċli kontra t-tim li jinsab fl-aħħar post tal-klassifika fiċ-Challenge League Attard.

Fost il-partiti l-oħra, polza iebsa għal-leaders tal-Kampjonat BOV Premier Floriana li s-Sibt se jkunu qed jaffaċjaw lit-tim li qed jimpressjona fil-Premier Naxxar Lions, bil-leaders l-oħra Ħamrun Spartans is-Sibt ukoll jaffaċjaw lil-Lija Athletic.

Il-logħob kollu mir-round ta’ 32 tal-IZIBET FA Trophy huma dawn:

Il-Ħamis, 11 ta’ Jannar 2024:

Centenary Stadium | 

8:30pm – Santa Lucia vs Marsa

Is-Sibt 13 ta’ Jannar 2024:

Centenary Stadium |

2pm – Birkirkara vs Attard

4:30 pm – Mosta vs Pietà Hotspurs

7pm – Ħamrun Spartans vs Lija Athletic

Tony Bezzina Stadium |

2pm – Floriana vs Naxxar Lions

4:30pm – Marsaxlokk vs Żejtun Corinthians

Victor Tedesco Stadium |

2pm – Żabbar St. Patrick vs Żebbuġ Rangers

4:30pm – Msida St. Joseph vs Mġarr United

Il-Ħadd, 14 ta’ Jannar 2024:

Centenary Stadium |

11am – Balzan vs Żurrieq

2pm – Hibernians vs Qala Saints

4:30pm – Valletta vs Għajnsielem

7pm – Sliema Wanderers vs Marsaskala

Gozo Stadium |

1pm – Nadur Youngsters vs Sirens

3:30pm – Xewkija Tigers vs Gudja United

Victor Tedesco Stadium |

Luqa St. Andrews vs Swieqi United

It-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2024:

Centenary Stadium |

6pm – Gżira United vs Fgura United