L-Erbgħa filgħaxija ħames Maġistrati ġodda ħadu l-ġurament f’ċerimonja li saret fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.
U allura dan ifisser li Antoine Agius Bonnici, Philip Galea Farrugia, Jean Paul Grech, Anne Marie Thake kif ukoll Nadia Helena Vella ngħaqdu mal-kumplament tal-Maġistrati fil-Qorti.
Minn naħa tiegħu l-President ta’ Malta George Vella ħeġġiġhom sabiex fix-xogħolhom dejjem ikunu ta’ eżempju ta’ korrettezza u integrità.
Preżenti għal din il-ċerimonja kien hemm ukoll il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Avukat tal-Istat Chris Soler.
//= $special ?>