Wara li Net News u l-ġurnal In-Nazzjon ftit tal-jiem ilu żvelaw li Steve Ellul se jirriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ Project Green sabiex ikun jista’ jikkontesta l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew li se ssir f’Ġunju li ġej… issa waslet il-konferma uffiċjali.
Dan hekk kif tħabbar li Joseph Cuschieri, ukoll kif kien żvela Net News, se jkun qed jieħu post Steve Ellul f’din il-kariga.
Kien proprju dan l-istazzjon illi l-ġimgħa li għaddiet żvela li għal darba oħra għaddiet ta’ Miriam Dalli, illi irnexxielha tittermina l-impjieg ta’ Steve Ellul minn ma’ Project Green. It-terminazzjoni tal-impjieg ta’ Steve Ellul kienet inżammet sigrieta minn ta’ Kastilja; tant li l-anqas l-impjegati ta’ Project Green stess ma kienu informati b’dan l-iżvilupp – u saru jafu mill-gazzetti.
Għalkemm persuni minn Project Green li tkellmu ma’ Net News kienu kkonfermaw li Steve Ellul mhux jidħol l-uffiċcju.
Minkejja li Robert Abela qiegħed jipprova jżomm sigriet il-fatt li reġgħet għaddiet ta’ Miriam Dalli, l-istess Dalli qegħda tiftaħar ma’ diversi nies viċin tagħha li kienu fuq ordnijiet stretti tagħha li Steve Ellul tneħħa mill-irwol tiegħu ta’ Ufficjal Ezekuttiv Ewlieni ta’ Project Green.
Il-kandidati Laburisti kienu qegħdin iwissu lit-Tmexxija tal-Partit li ma kienx jagħmel sens li wieħed minnhom jingħata €700 miljun fuq ħames snin biex ikun jista’ jimbotta lilu nnifsu u l-interessi tiegħu fil-kampanja; dejjem bl-iskuża ta’ Project Green.
Fost dawk li l-iktar li semmaw leħinhom kien hemm Alex Agius Saliba, flimkien mal-Ewroparlamentari Josianne Cutajar u l-kandidat Clint Flores illi kemm-il darba uża l-midja soċjali biex wassal il-botti li ħass li kellu jwassal fil-konfront tal-klikka ta’ Kastilja.
Dan kollu qed iwassal għal qasma bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Miriam Dalli… hekk kif issa reġgħet għaddiet ta’ Dalli li kienet proprju hi li imbuttat lil Joseph Cuschieri biex jieħu post Steve Ellul.
Cuschieri li sa ftit tax-xhur ilu kien jokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, ġej mill-grupp ta’ Miriam Dalli. U mhuwiex xi wieħed li jxejjer il-bandiera ta’ Robert Abela. Fil-fatt, min-naħa tal-Prim Ministru kien hemm reżistenza totali għal dan l-isem – l-istess Joseph Cuschieri li kien issemma f’diversi kontroversji meta kien imexxi l-MFSA.
//= $special ?>