Kienu t-3.17pm. ftit tal-minuti biss qabel ma’ Eric Borg nqatel ftit il-bogħod mir-residenza tiegħu fir-Rabat fl-ewwel tas-sena. F’dan il-ħin hu bagħat messaġġ lill-għarusa tiegħu dwar kif kienu se jqattgħu l-ġurnata tal-ewwel jum tas-sena l-ġdida.
Normalment hu mill-ewwel jirrispondi l-messaġġi li kienet tibgħatlu l-għarusa tiegħu – Julia Falzon, imma dak inhar it-tweġiba ma waslitx. Kommossa għall-aħħħar l-għarusa tal-vittma, l-aħħar xhud quddiem il-Maġistrat MarseAnne Farrugia qalet lill-Qorti li kienu l-10.55am meta l-vittma mar id-dar tagħha bil-mixi peress li joqgħodu viċin xulxin.
Hekk kif bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Noel Azzopardi ta’ 39 sena mir-Rabat mixli bil-qtil ta’ Eric Borg ta’ 27 sena, wkoll mir-Rabat, li nqatel b’żewġ tiri ta’ senter fl-ewwel tas-sena fit-3.30pm. Falzon qalet li kienu għall-ħabta tas-2.30pm li l-għarus tagħha kien telaq mid-dar tagħha u bdew jikkomunikaw ma’ xulxin fuq Whattsup,
Falzon qalet li hu kien telaq biex imur l-għalqa fil-Buskett biex jitma’ l-annimali. Il-ftehim kien li filgħaxija kellhom jmorru għand iz-zija tagħha. Fit-3.17pm Borg bagħtilha l-aħħar messaġġ mingħandu li kollox kien ok.
Falzon kompliet tgħid li għall-ħabta tal-4pm. semgħet is-sireni għaddejjin u nfurmat lill-għarus tagġha b’messaġġ ieħor dwar dan, imma minkejja li s-soltu jwieġibha mill-ewwel din id-darba ma rċiviet xejn lura. Fazlon qalet li ftit wara rċiviet messaġġ fuq Facebook messenger mingħand ħabib tagħha li bgħatilha x’kien tela’ fuq il-media fir-Rabat.
Hi marret tiġri lejn id-dar ta-għarus tagħha fejn rat ħafna nies miġburin, iżda ma kellhiex il-kuraġġ li tħares fejn kien hemm il-vittma. Sakemm waslet baqgħet tibgħatlu l-messaġġi, imma kien kollu għal xejn. “Kellu jiġi għalija fl-4pm,” qalet imbikkma t-tfajla tiegħu fil-Qorti. Dwar l-akkużat Noel Azzopardi qalet li ma taf xejn u li hu qatt ma kien qalilha xejn fuqu fejn qalet li temmen li għamel dan biex ma jinkwietahiex.
Marru jiċċelebraw l-Ewwel tas-Sena f’ristorant in-Naxxar meta seħħ il-qtil
Xhud ieħor kienet Elaine Micallef, li tiġi oħt il-vittma. Bħala familja konna qed nieklu f’ristorant in-Naxxar. Konna hemm ma’ ħafna mill-familjari tagħna. Qalet li marru hemm għall-ġħal ħabta tan-12.30pm u li xi ħadd kien ċempel li ġara xi ħaġa fit-triq tal-ġenituri tagħha.
Ix-xhud qalet li ommha ħasbet hażinn u telqu lejn ir Rabat. “Dħalna id-dar u bdew ikellmuna il Pulizija”. Sostniet li kien hemm persuna li kien qed jhedded lil missierha u ħuha. Li kien qed itihom fastidju u jiġri warajhom.
“Kien ukoll jieqaf magħhom u jrosshom bil karozza meta jgħaddi mit-triq. F’kelma waħda kien jagħtihom fastidju. Qatt ma qalu r-raguni dwar dan. Lanqas qatt ma semmew ismu u naf b’wiccu, meta ġew il Pulizija fuq xi rappport, bagħtnihom għand il papa għax ma konna ma nafu xejn”.
Ix-xhud qalet li fl-aħħar ġimgħatejn ta’ qabel ma Eric inqatel kienet għand ommiħ u semgħet lil ħuha jgħid… reġa għamilili, reġa pparkja eżatt miegħi bejn il-karozzi. Sostniet li b’kull karozza ken jagħmillu hekk l-akkużat, hekk anke meta ħuwa juza il-karozza tagħha.
Tenniet li iżda ħuha ma kimpliex jitkellem dwar dan u li d-diskussjoni waqfet hemm. Kien hemm ukoll ilmenti kemm minghand Eric u missierha dwar x’jiġri wkoll quddiem id-dar u anke fl-ghalqa tal-buskett li għandhom huma.
Bħal li gieli saq warajh u waqaf warajh. Fl-2022, li kien Settembru u Ottubru kienu kellmuha l-Pulizija u staqsewha jekk għandhiex Mazda Demio u kinitx il-Buskett, għax xi ħadd li daħħal rapport li qed issegwi lil xi ħadd. Ma qalulhiex minn kien għame ir-rapport. Saret taf biss min kien wara li nqatel ħuwa. Qabel l-inċident ta ħuwa qalet li lanqas biss kien taf min hu Noel Azzopardi.
Telaq minn ikla fin-Naxxar u ħarab lejn ir-Rabat u ra lil ibnu ma’ l-art mejjet
Xhud ieħor kien Nicholas Borg missier il-vittma li qal li fl-ewwel tas-sena l-ewwel morna l-Għalqa u wara marru n-Naxxar ħriġna għal l-ewwel tas-sena. Tenna li t-tifel vittma ma kienx hemm għax kien ma’ l-għarusa tiegħu.
“Minn Naxxar ċemplitilna l-mara tal-kuġin li fejn id-dar tagħna saret sparatura. Qbadt il-karozza u tlaqt niġri r-Rabat. Meta wasalt rajt lil Eric fl-art. Kien hemm il-Pulizija li qalulu m’għadux magħna. Jekk kellux xi jgħid ma nafx.
“Ma kontx naf fuq min għamel ir-rapport għall-ewwel imma li naf li kien ħiereġ mill-għalqa u rassu bil-karozza. Wara sirt naf li fuq dan l-inċident kien hemm xi ħadd li jismu Noel. Tenna li darba dan Noel kien rassu bil-karozza u kellu u jirrriversja lura 50 metru.
Tenna li hu sar jaf lil Azzopardi għax beda jagħmel ir-rapporti. Qalulu l-Pulizija li qed jagħtih fastidju u kienu ċemplulu mill-Għassa tar-Rabat. Il-Pulizija kienu ċemplulu u kollox waqaf hemm. Qal li jaf li l-akkużat jkun fir-razzett mhux għalqa. Dan jinsab faċċata tar-raba tiegħu imma aktar il-fuq. Tenna li t-tifel qatt ma qallu xejn fuq Noel Azzopardi.
Koppja barranija raw il-qtil iseħħ minn fuq gallarija
L-ewwel xhud fil-kumpilazzjoni kien l-Ispettur Wayne Camilleri. Dan qal li fl-1 ta’ Jannar għall-ħabta tal-3.40pm li fi Triq Fidloqqom, r-Rabat daħal rapport ta’ sparatura u li nstab katavru ta’ persuna maskili fuq il-post. Mar hemm mill-ewwel fejn kien hemm il-Pulizija tad-Distrett, mill-Forensika u team mediku mill-isptar Mater Dei. Ix-xena tar-reat kienet ukoll diġa wkoll preservata.
Il-ġisem kien fuq il-bankina tat-triq wiċċu l-isfel u kellu żewġ ‘gunshots wounds’, waħda f’dahru u ġembejh il-leminija. L-identità tiegħu ġiet ikkonfermata wara li nstabet fuqu il-karta tal-identita u liċenzja minn Transport Malta, li kienet tat-taxis, u li dan huwa ċerta Eric Borg.
Ġie kkonfermat li l-vittma joqgħod ftit il-fuq fl-istess triq fejn instab. Waqt li t-team tal-forensika kien qed jeżamina x-xena qalulu li sabu żewġ skrataċċ li ġew fotogrofati u analiżati minnhom stess. Instab ukoll il-mobile tal-vittma.
Fejn kien hemm il-katavru kien hemm Land Rover li rriżulta li għamel użu minnha l-vittma li ġiet ittowjata u eżaminata mit-team forensiku. Fuq il-post kien hemm żewġ xhieda fl-istess triq li ttawwlu minn gallarija, u li kienu barranin, u li x’aktarx huma kien ċemplu lill-Pulizija.
Dawn taw deskrizzjoni ċara wara li raw dak kollu li ġara u min spara kien b’senter. Minn naħa tagħhom rawh ħiereġ minn karozza Toyota Hilux griża, niżel mill-karozza armat u tah żewġ tiri minn distanza viċin ħafna. Fuq il-post kien hemm ukoll l-Ispettur Godwin Scerri li nfurmah li kienet bdiet inkjesta u li kien marru diversi esperti fuq il-post.
Waqt li kienu fuq ix-xena, parti mill-investigazzjoni kien hemm membri tal-familja tal-vittma, li bdew jagħmlu kuntart magħhom u sarulhom mistoqsijiet biex jgħinu lill-Pulizija. Qalulhom li Eric ma kellu problemi ma’ ħadd u kien bniedem kwiet.
Madankollu ħareġ mill-investigazzjoni li xi ħadd beda jsuq warajh b’mod viċin qiesu biex jintimidah u qalu li dan kien ċera Noel kellu għalqa fejn il-buskett fejn huma wkoll għandu għalqa fil-viċin. Oħt il-vittma qaltlu b’dan kollu. Qal li kienu qed jippjanaw li jarrestaw lil Noel Azzopardi.
Ta ruħu b’idejh fl-Għassa tal-Pulizija
Waqt dan il-pjan saru jafu mill-Għassa tar-Rabat li kien daħal ma’ xi membri tal-familja tiegħu u li qalilhom li kellu x’jaqsam mal-każ. Hemm ingħata d-drittijiet tiegħu u l-Pulizija mara qagħdet tfhemu b’kollox. L-Ispettur Godwin Scerri u s-Supretendent Keith Arnaud kienu diġa’ l-Għassa tal-Pulizija. Dawn ukoll tawh id-drittijiet.
Azzopardi qalilhom li kie għadu kemm spara u qatel persuna. Kien hemm l-għassa missieru, oħtu u persuna li jiġi minnu. Qal li qalilhom b’dak li għamel u kienu huma li kkonvinċewh biex jagħti ruħu b’idejh. Wara wasal il-Maġsistrat inlwerenti u beda jsir il-proċess ta’ GSR u kellu wkoll xi dmija max-shorts.
Team forensiku ħadulu l-ħwejjeġ għall-finijiet ta’ DNA u inġiebu xi ħwejjeġ mid-dar tiegħu. Għall-ħabta tas-7.30pm jien flimkien mat-team forensiku u l-akkużat marru fir-residenza tiegħu r-Rabat. Il-karozza tiegħu nstabet f’garaxx liu jmiss mar-residenza.
Hemm fil-vettura kien hemm ċintorin li jintuża għall-kaċċa u li possibilment l-isktrataċċ taċ-ċintorin kompatibbli ma’ dik ix-xena. Fir-residenza kienu elevati tmien armi tan-nar, kollha snieter tal-kaċċa. Ħamsa kienu reġistrati fuq l-akkużat u tlieta fuq il-missier, li jgħix miegħu.
L-arma li nqatel biha l-vittma kienet wara ‘grandfather clock”
Ħamsa minn dawn biss kienu imsakkrin f’kabinett kif titlob il-liġi, tlieta l-oħra nstabu fi kmamar differenti. Meta Noel Azzopardi liema arma ntużat qalilhom fi-salott hemm grandfather clock u l-arma kienet tinsab wara dan l-arloġġ kbir.
Waqt din it-tfittxija l-akkużat qal li ried ikellem avukat u kellu numru miktub ta’ Alex Miruzzi, li ċempillu. L-għada tal-ewwel tas-sena saret l-awtopsja fuq il-vittma fejn kien ikkonfermat li sofra minn żewġ tiri mill-viċin. Mal-ġilda kien hemm il-ħarqa li tagħmel jiġi sparat tir u tir f’dahru u wieħed fġembejh.
Tant kienu viċini t-tiri li l-isktarċċ kienu wkoll viċin qablu. Azzopardi ġie eżaminat mill-psikjatra Joe Cassar li ddikjara li huwa tajjeb biex jitressaq il-Qorti.Wara ttieħed għall-interogazzjoni d-depot li damet ftit iktar minn sagħtejn fil-preżenza tax-xhud u Godwin Scerri flimkien mal-Avukati Jacon Magri u Alex Miruzzi.
Noel Azzopardi wieġeb għal kważi mistoqsijiet kollha. Qalilhom li kien niżel l-għalqa tiegħu fejn il-Buskett u dam hemm sa nofs inhar. Dwar Eric Borg qal li ma kienx jaf x’jismu, imma jaf li kellu għalqa viċin l-għalqa tiegħu. Meta ġie muri ritratt tiegħu, ikkonferma – imma qal li ma jafx x’jismu.
Fuq is-senter li kellu qalilhom li kellu pjan li wara jmur ix-‘shooting range’ u jispara għall-plattini. Ikkomferma mal-Pulizija li l-karozza tiegħu hi t-Toyota li hu biss isuqha. Dwar l-isparatura. Eric, skon Noel qallu tindaħalx fl-affarijiet ta’ ħaddieħor u inpattiehilek.
Dawn il-kliem li qallu għamluh irrabbjat ħafna u mhux kliem li tgħidu lil ħaddieħor. Minn hemm huwa ddeċieda li jsuq warajh u x’hin waqaf saparlu u tah żewġ tiri għax ħaseb li se jqum għalih. Dwar għaliex ma saqx jew ghamel rapport imma ra dalma.
Wara saq lura għad dar tiegġu. Wara ħass li għamel xi ħaġa ħażina u qal lill ġenituri tiegħu li nħasdu. Qalu lil oħtu u wara ħaduh għand il-Pulizija. Dwar l-arma li ntużat qalilhom l-istess. Fuq mistoqsija dwar is-senter għaliex poġġih wara l-‘grandfather clock’, li ta’ spiss kien jagħmlu hemm għax kienet tmur in-neputija għandhom.
Fuq mistoqsija ta’ Dr. Miruzzi għandu kwistjoni medika u li din qed tigi preservata minn Dr. Mario Scerri. Ix-xhud qal li l-akkużat kien jaf li joqgħod viċin tiegħu u li kien jafu di vista ghax kellhom għalqa ħdejn xulxin.
L-imputat qalilhom li fejn sar l-inċident hija t-triq dik li dejjem jgħaddi minnha. Pero tela minnha biex imur wara Eric, u baqa tiela’ u mhux baqa’ sejjer dritt lejn id-dar. Semm’a li kien għamel xi rapporti minħabba xi nies li kienu qed jaqbdu miegħu, liema rapporti saru xi sena ilu.
Kien għamel xi kwerela fu1 rapport għax ra xi karozzi pparkjati fejn l-għlqa tieghu. Fuq Eric iċda qatt ma sar rapport. Mir-rapporti ħareġ li l-karozzi kienu biss ipparkjati u xejn ħażin. L-Avukat Jacob Magri wieħed mill-Avujati tal-akkużat għamel xi domandi lix-xhud dwar operazzjoni li tneħħa tumur minn fuq il-vittma ta’ eta żgħira. “Iva semma’ operazzjoni waqt l-interogazzjoni u li jiftakar li kien hemm xi psikjatra li għamel xi żmien isegwih.
Il-kumpilazzjoni tkompli fit-18 ta’ Jannar li ġej. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Godwin Scerri u Wayne Camilleri kif ukoll mill-Avukat Kaylie Bonnett mill-Uffiċċju tal-AĠ. Għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Alex Miruzzi. L-Avukat Joe Giglio u Mikheala Giglio huma parte civile fil-każ.