L-Erbgħa filgħodu se jsiru testijiet tekniċi fil-port turistiku ta’ Marina di Ragusa minn bastiment bil-mutur li jtajjar il-bandiera Maltija u li għandu jservi bħala katamaran għat-trasport ta’ passiġġieri minn u lejn Malta.
Dan huwa sinjal ċar li qed joqrob iż-żmien għall-bidu tas-servizz li għandu jgħaqqad iż-żewġ portijiet tal-Kanal ta’ Sqallija u jiftaħ era ġdida għall-port ta’ Marina di Ragusa. Dan kien iffirmat xhur ilu mill-kumpanija mmexxija mill-intraprenditur Malti Pawlu Gauci, tal-kumpanija ta’ investiment Pg Group.
Il-katamaran abjad b’logo isfar, hu twil 51 metru u wiesgħa 12-il metru u għandu jakkomoda madwar 400 passiġġier u 18-il karozza.
Huwa mifhum li l-katamaran se jitlaq l-Erbgħa filgħodu minn Malta għall-port turistiku ta’ Marina di Ragusa. Għaldaqstant, it-testijiet tekniċi se jsiru dalgħodu, kif skedat, għalkemm it-temp u l-kundizzjonijiet tal-baħar li dejjem jinbidlu se jkollhom rwol importanti.
//= $special ?>