Lokali Qorti

Mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti diversi drabi

Kersten Camilleri ta’ 34 sena mill-Belt Valletta ġie mixli li kiser il-kundizzjonjiet tal-helsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni spejgat li mill-15 ta’ Novembru 2023 huwa naqas mill-jiffirma l-għassa tal-belt stess. Wara diversi attentattivi mill-pulizija sabiex jinstab l-imputat, fejn anke għal diversi drabi marru fir-residenza tal-familjari u ma fethulhomx, nhar it-Tlieta, l-akkuzat nstab f’appartament fil-Gżira.

L-Ispetturi Lydon Zammit u Stepehn Gulia qalu li fil-pusses tieghu, Camilleri kellu ċertifikat mediku minn psikjatra, li jingħad li hu skużat mill-iffirmar minħabba uzu tad-droga. Il-Pulizija iżda nfurmat lit-tabib li din mhux skuża valida biex l-akkużat ma jmurx jiffirma.

Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak omm l-akkuzat bdiet tghajjat “Ibni mifni fid-droga, kissirha familja”. Il-prosekuzzjoni zieded li huwa jaghmel użu eċċessiv minn kull tip ta’ droga specjalment id-droga kokaina. Il-pulzija tkellmet ukoll mal-psikjatra, fejn anke fl-istqarrija ssuħerrixxa li Camilleri jibda programm sabiex jittratta il-vizzju tad-droga.

Huwa ġie mixli li fid-9 ta’ Jannar u fil-ġimgħat ta’ qabel naqas milli jħares l-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti Kriminali preseduta minn tliet Imħallfin f’okkażjonijiet differenti, kif ukoll minn ordni ta’ żewġ Maġistrati.

Ghall-akkużi migjuba kontrih, Camilleri wieġeb mhux hati. Il-qorti ordnat li l-imputat jinżamm arrestat. Għall-imputat deheru l-avukati Jose Herrera u Martina Herrera.