Lokali

100 sena ta’ mħabba u fidi… nhar il-Ġimgħa Suor Bartolomea tagħlaq 100 sena

Din hija Suor Bartolomea li nhar il-Ġimgħa se tkun qed tagħlaq l-età sabiħa ta’ 100 sena. Suor Bartolomea tgħix fil-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Qormi li llum-il ġurnata jilqa’ fih 11-il soru. 

Maria Antonio Galea, li meta saret soru ħadet l-isem ta’ Sour Bartolomea, twieldet Kerċem Għawdex fit-12 ta’ Jannar tal-1924

Tirrakontalna kif iddeċidiet li tidħol soru meta kienet marret tqerr u l-qassisi kien ħeġġiġha biex issir sorru… dakinhar hija kellha 27 sena.

Hi qaltilna kif għal xi snin kienet isservi bħala Headmistress. U minn taħtha għaddew bosta studenti li llum l-ġurnata għandhom il-professjoni tagħhom.

Sa ftit tal-ġranet ilu Suor Bartolomea kienet għadha tinżel għall-quddies kuljum fil-kappella filwaqt li kienet tieħu ħsieb il-qari tal-quddies kif ukoll iddoqq il-qanpiena.

Għal 40 sena sħaħ kienet Segraterja tal-parroċċa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, li lejh għandha devozzjoni kbira.

L-Erbgħa waranofsinhar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat mis-Sinjura AnneMarie Grech għamel żjara fil-Kunvent tal-Agostinjani sabiex jawgura lil Suor Bartolomea f’għeluq snina.

Huwa rringrazzja wkoll lis-sorijiet għall-ħidma imprezzabbli tagħhom f’dan il-Kunvent – u x-xogħol li għadhom jagħmlu fi ħdan is-soċjetà Maltija.