Real Madrid se jkunu qed jilagħbu fil-finali tas-Super Cup ta’ Spanja meta għelbu lir-rivali Atletico Madrid 5-3 wara l-ħin barrani. Atletico fil-vantaġġ wara seba’ minuti permezz ta’ Mario Hermoso. Reazzjoni minn Real Madrid u fl-20 minuta ġabu l-iskor permezz ta’ Antonio Rudiger qabel ma’ Ferland Mendy dawwar l-iskor favur it-tim ta’ Carlo Ancelotti.
Atletico Madrid ġabu l-iskor indaqs qabel il-mistrieħ permezz ta’ Antione Griezmann. It-tim ta’ Diego Simeone, mar fil-vantaġġ fit-78 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Rudiger, b’Dani Carvajal isalva l-partita għal Real Madrid u jagħmilhom 3-3.
Bil-partita tmur għal ħin barrani. kienu Real Madrid li skorjaw darbtejn oħra, l-ewwel permezz ta’ awto-gowl ta’ Stefan Savic u lejn it-tmiem b’gowl ta’ Brahim Diaz.
Intant, għada jkun magħruf il-finalist l-ieħor hekk kif Barcelona jilagħbu kontra Osasuna.
//= $special ?>