Futbol Sport

Rimonta fit-tieni taqsima tagħti vantaġġ lil Liverpool

Liverpool kellhom jirkupraw minn gowl żvantaġġ biex fl-ewwel leg tas-semifinali tal-Carabao Cup għelbu lil Fulham 2-1. Fulham kellhom bidu mill-aqwa u marru fil-vantaġġ fid-19-il minuta permezz ta’ Willian. Liverpool kellhom jistennew sa nofs it-tieni taqsima biex iwettqu reazzjoni u kien fit-68 minuta li ġabu l-iskor 1-1 permezz ta’ Curtis Jones. Tliet minuti wara u Liverpool dawwru l-iskor favur tagħhom permezz ta’ l-Olandiż Cody Gakpo.

Intant it-tieni leg jintlagħab fl-24 ta’ Jannar fi Craven Cottage.