Lokali

Attività fl-Imdina u r-Rabat għall-festa liturġika ta’ San Publju

Nhar il-Ħadd li ġej, ftit jiem qabel il-festa liturġika ta’ San Publju, se ssir attività li tikkonċerna dan l-istess qaddis, bil-ħsieb ewlieni biex il-vara tintuża bħala statwa devozzjonali li ma tibqax biss fil-Furjana, iżda toħroġ il-barra minn Bieb il-Bombi.

Bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali tal-Furjana, il-Kunsill Lokali tal-Imdina kif ukoll il-Kunsill Lokali tar-Rabat, se ssir quddiesa u purċissjoni bi xbieha ta’ San Publju. Fid-9:30 ta’ filgħodu ssir quddiesa konċelebrata u mmexxija mill-Isqof George Frendo fil-Katidral ddedikat lil San Pietru u San Pawl ġewwa l-Imdina. Wara, għall-ħabta tal-10:15, tibda ħierġa l-purċissjoni mill-istess Katidral. Se jkun hemm preżenti wkoll ir-relikwija ta’ dan il-qaddis Malti.

Din l-attività mhux tas-soltu se tiġi organizzata mill-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta.

Wieħed jista’ jsib il-programm kollu għal dan il-jum hawn taħt: