Sport Sport Ieħor

Darts: Esperjenza tal-ħolm għal Kyle Satariano fil-Ġermanja

Fil-Ġermanja, il-plejer żagħżugħ tad-darts Kyle Satariano kellu esperjenza unika meta lagħab f’partita ta’ eżibizzjoni mad-darbtejn champion tad-dinja Gary Anderson.

Wara li Kyle Satariano rebaħ it-tournament internazzjonali fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena huwa ngħata d-dritt li jilgħab din il-partita speċjali.

Satariano ngħaqad ma’ Anderson f’partita tad-doubles fejn lagħbu kontra Ian White u l-finalist żagħżugħ Nevio Rizzo tal-Italja li kien megħlub fil-finali tal-kategorija minn Satariano.

Il-plejer Malti kellu s-sodisfazzjon li jirbaħ 2-0 f’partita li ntlagħbet quddiem pubbliku numeruż fis-sala ta’ Gevelsberg ikkontrollata mir-referee leġġendarju Russ Bray.