Lokali

“Flimkien naħdmu lejn l-elezzjonijiet għal riżultat pożittiv” – Bernard Grech

Illum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech indirizza attivita soċjali li ġiet organizzata fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, fejn mhux biss wassal l-awgurju tiegħu għas-sena l-ġdida iżda tkellem ukoll dwar l-importanza tax-xhur li għandna quddiemna.

Ritratt: Martin Agius

Meta indirizza l-attività soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wassal messaġġ b’saħħtu dwar l-elezzjonijiet lokali u Ewropej – messaġġ sabiex l-elettorat iwassal il-vuċi tiegħu, speċjalment fejn jeħtieġ bidla fil-Kunsilli Lokali.

Ritratt: Martin Agius

Bernard Grech għamel referenza għall-isfreġju kbir li sar fil-Mosta, fejn rajna s-siġar tal-fikus jiġu kompletament imqaċċta – filwaqt li l-pjazza tħalliet għal xhur sħaħ f’kaos totali.

Ritratt: Martin Agius

Fil-fatt, Bernard Grech stqarr illi fejn hemm lokalitajiet b’maġġoranza Laburista fil-kunsilli, hemm taħwid kbir. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel referneza wkoll għal lokalitajiet oħra fejn hemm maġġoranza Laburista bħall-Imsida, fejn minkejja li għaddiet ġimgħa u nofs mis-sena l-ġdida is-sitwazzjoni fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex marret mill-ħażin għall-agħar. Dan b’detriment għar-residenti, għan-negozji u għas-sewwieqa li qed jispiċċaw maqbuda fit-traffiku.

Ritratt: Martin Agius

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ ukoll lil dawk preżenti sabiex flimkien miegħu u mal-Partit ikomplu jaħdmu ħalli mill-ġdid jinkiseb riżultat pożittivi fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jkunu qed isiru flimkien mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’Ġunju li ġej.

Ritratt: Martin Agius

Waqt id-diskors tiegħu, Bernard Grech fakkar kif il-Partit Nazzjonalista dejjem kellu kandidati ta’ kwalita’, fejn qed jinvolvi wkoll uċuħ ġodda – mat-taġlita ta’ kandidati ta’ esperjenza.

Ritratt: Martin Agius