GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bdew l-impenji tagħhom fil-Kampjonat 2024 bl-aqwa mod possibbli wara li għelbu 3-1 lir-rivali Qormi Daikin f’partita li ntlagħbet fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.
Din kienet it-tieni partita bejn iż-żewġ timijiet wara li ftit tal-ġimgħat ilu Żurrieq kienu rebħu ċ-Challenge Cup kontra l-istess Qormi Daikin. Zurrieq fetħu vantaġġ doppju sa tmiem l-ewwel quarter u minkejja li l-Qriema naqqsu l- iskor, Żurrieq wettqu reazzjoni biex skorjaw it-tielet gowl u għalqu l-partita.
Silas Plaehn skorja żewġ gowls filwaqt li Ryan Dalli skorja t-tielet gowl fir-raba’ quarter għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks. Keith Calleja skorja l-uniku gowl għal Qormi Daikin.
Umpires tal-partita kienu Karl Chircop u David Agius.
//= $special ?>