Lokali

“Id-diskussjonijiet dwar il-President il-ġdid għadhom ma bdewx” – Bernard Grech

F’kummenti lit-Times, il-Kap tal-PN Bernard Grech stqarr illi d-diskussjonijiet dwar il-President il-ġdid li għadu jieħu post George Vella għadhom ma bdewx.

“Sa issa l-Prim Ministru għadu ma kkomunikax miegħi”, stqarr Bernard Grech barra l-Parlament. Dan filwaqt illi awgura għal diskussjonijiet serji u maturi, biex jinstab persuna idoneja li jgħaqqad il-pajjiż.

Din se tkun ukoll l-ewwel darba li l-President se jinħatar bis-sistema taż-żewġ terzi.