Sid il-ħanut tal-ġojjellerija fiż-Żurrieq li fil-25 ta’ Awwissu li għadda filgħaxija safa vittma ta’ serqa armata, jista’ biss jiftaħ għajnejn u jieħu n-nifs. U b’hekk, żgur mhux forsi ma jistax jixhed fil-Qorti dwar dak li seħħ.
Joseph Carabott kien spiċċa aggredit u nstab marbut fil-ħanut f’għadira demm b’kamra li tintuża bħala workshop. Dwar dan il-każ, li qed jinstema quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, qed jidhru l-Qorti tliet persuni, żewġt irġiel Marokkini, Zuhair Hadoumi ta’ 26 sena u Mohamed Anas Boualam ta’ 37 sena u Donna Sciberras ta’ 29 sena.
Sfortunatament, Joseph Carabott ma jidhirx li qatt se jkollu ċ-ċans jagħti x-xhieda tiegħu ta’ dak li seħħ. Dan ikkonfermah il-Kirurgu li qed isegwi l-każ tal-vittma minħabba l-kundizzjoni serja li tħalla fiha.
Ulied il-vittma li xehdu fil-Qorti qalu kif missierhom tħalla agħar milli kieku nqatel.
L-unika titjieb li wera l-vittma kien li fetah għajnejh u beda jieħu n-nifs waħdu, iżda l-ebda titjieb ieħor ma deher f’dawn l-aħħar ħames xhur. Bl-ispeċjalizzi ma jemmnu li saħħet Carabott se tkun qed tmur wisq ‘il quddiem.
It-tliet akkużati qed iwieġbu mhux ħatja, bil-Qorti kienet ordnat li jinżammu taħt arrest preventiv.
//= $special ?>