Futbol Sport

IZIBET FA Trophy: Santa Lucia jikkwalifkaw għar-rawnd li jmiss b’rebħa fuq Marsa

(Ritratt: Martin Agius)

Fic-Centenary Stadium, Santa Lucia għamluha għar-rawnd li jmiss b’rebħa ta’ 2-0 fuq Marsa.
Minkejja l-forma ħażina ta’ Santa Lucia, it-tim immexxi minn Alessandro Zinnari kiseb rebħa kruċjali mhux biss għall-kwalifikazzjoni iżda għal moral tal-iskwadra.

Alessio Piazza fetaħ l-iskor ftit wara l-kwarta logħob, bit-tieni gowl tat-tim jasal fit-48 minuta mill-attakkant Serb Aleksa Mrdja.

Is-Sibt jintlagħbu numru ta’ partiti mir-rawnd tal-aħħar 32 tim, b’ Santa Lucia jkunu l-ewwel tim li kkwalifika għall-aħħar sittax, bil-partiti jitkomplew il-Ħadd u t-Tnejn:

Illum
Santa Lucia v Marsa 2-0
Is-Sibt
Birkirkara v Attard 2:00pm
Floriana v Naxxar L. 2:00pm
Zabbar St. P v Zebbug R. 4:30pm
Mosta v. Pieta’ 4:30pm
Marsaxlokk v Zejtun C. 4:30pm
Msida SJ v Mgarr U. 4 :30pm
Ħamrun S. v Lija A. 7:00pm
Il-Ħadd
Balzan v Zurrieq 11:00am
Nadur Y. v Sirens 1:00pm
Hibernians v Qala S. 2:00pm
Luqa St. A v Swieqi U. 2:00pm
Xewkija T. v Gudja U. 3:30pm
Valletta v Ghajnsielem 4:30pm
Sliema W. v Marsaskala 7:00pm
It-Tnejn
Gżira U. v Fgura U. 6:00pm