Internazzjonali

Joffru £40,000 lis-sidien ta’ art fejn jaħsbu li indifnet Muriel McKay

Il-qraba ta’ Muriel McKay qed joffru £40,000 lis-sidien ta’ art sabiex joħorġu mir-razzett tagħhom temporanjament ħalli jkunu jistgħu jħaffru b’tama li jsibu l-ġisem ta’ McKay.

Huma offrew din is-somma sabiex is-sidien ituhom il-permess li jfittxu fiz-zona tal-villaġġ Hertfordshire filwaqt li jħallsulhom għal xi ħsarat li jistgħu jsiru waqt it-tfittxija.

Muriel McKay kienet ġiet maqtula wara li żewġt aħwa li ħatfuha, Arthur u Nizamodeen Hosein fixkluha ma’ mart Rupert Murdock. Ir-raġel ta’ McKay kien jaħdem għal Murdock fil-kumpanija ta’ News Limited, f’Londra.

Ian de Burgh Marsh, residenti fir-razzett f’Hertfordshire qatt ma ta aċċess lill-familja ta’ McKay biex ifittxu fl-art tiegħu. Iżda, is-sena l-oħra ta permess lil Scotland Yard biex iħaffru f’biċċa żgħira mill-art tiegħu, bl-investigaturi ma jsibu xejn. Il-familja nsistew li dawn fittxew fiz-zona l-ħażina.

Is-somma li ġiet offrutha hi l-istess waħda li offrew lill-qattiel ta’ Muriel McKay, Nizamodeen Hosein. Huwa kien irrifjuta li jieħu l-flus iżda xorta waħda kiser is-silenzju dwar il-ħtif li seħħ fl-1969 u żvela l-post fejn difinha.