Internazzjonali

L-ajruplani Boeing 737 Max 9 mhux se jitħallew itiru

L-ajruplani tat-tip Boeing 737 Max 9 mhux se jitħallew itiru qabel ma jkunu mija fil-mija siguri.

Dan tħabbar mill-awtoritajiet Amerikani wara li ajruplan tal-Alaska Airlines kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza minħabba biċċa mill-ajruplan tqaċtet f’nofs titjira.

Dan l-inċident huwa maħsub li se jwassal biex jitħassru numru sinifikanti ta’ titjiriet. U s’issa, għadu mhux ċar meta se jingħata permess biex jibdew joperaw mill-ġdid.

Sadanittant il-biċċiet li tqaċċtu mill-ajruplan instabu fi ġnien mingħajr il-boltijiet, li x’aktarx ma kinux fil-post minn qabel it-titjira.