Internazzjonali

L-Amerika u r-Renju Unit possibilment jieħdu azzjonijiet militari kontra r-ribelli ta’ Houthi

L-Amerika u r-Renju Unit ngħataw x’jifhmu li se jkunu qed jieħdu azzjonijiet militari kontra r-ribelli ta’ Yemen, Houthi wara l-ikbar attakk li seħħ s’issa fil-Baħar l-Aħmar fuq vapuri tal-merkanzija.

Fl-aħħar sigħat ġew interċettati 21 drone u missilli tal-Iran.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għaddew riżoluzzjoni fejn qed jeżeġu li l-attakki tal-Houthi jieqfu llum qabel għada.

Minn naħa tagħhom, Houthi qiesu din ir-riżoluzzjoni bħala logħba politika. Huma nsistew li qed jatakkaw vapuri b’rabta ma’ Iżrael bħala protesta għall-gwerra fuq Gaza.

Intant, pajjiżna wkoll qed ikun affetwat minn dan kollu. Fil-fatt, fl-aħħar jiem numru ta’ kumpaniji internazzjonali tal-vapuri ddeċidew li jbiddlu r-rotta tal-bastimenti tal-merkanzija minħabba l-attakki li għaddejjin b’riżultat li diversi vapuri jevitaw ir-rotta lejn il-baħar Mediterran. Numru ta’ kontejners spiċċaw mhux jiġu lejn pajjiżna.   

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Freeport jinsab f’kuntatt kontinwu mal-klijenti tiegħu dwar il-kontejners li suppost kellhom jaslu Malta fil-ġranet li ġejjin.