Internazzjonali

L-Ukrajna: Attakk fuq lukanda f’Kharkiv….bl-assedju fuq iċ-ċivili qed tkompli

Il-qawwiet tar-Russja qed iżidu l-attakki fuq iz-zoni ċivili tal-Ukrajna u meta lukanda fil-belt ta’ Kharkiv, spiċċat parzjalment meqruda wara li ntlaqtet mill-missili.

Fl-attakk indarbu ‘il fuq minn 15-il persuna waqt li l-awtoritajiet lokali ma eskludewx għall-mejtin fl-inħawi.

Intant, il-Gvernatur ta’ Kharkiv, Oleh Synehubov, qal li kien hemm anki xi ġurnalisti Torok fost il-midruba.

L-attakki tar-Russi fuq l-ibliet Ukreni rrankaw bil-kbir fl-aħħar ġimgatejn u bir-riżultat li għexieren ta’ ċivili sfaw vittmi tal-missili u d-drones.

Dan meta l-belt ta’ Kharkiv ilha ssofri l-ħsarat estensivi mill-qawwiet tal-ajru tar-Russja, mindu l-Armata tal-President Russu Vladimir Putin invadiet lill-Ukrajna, fi Frar tal-2022.

Min-naħa tiegħu, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, waqt żjara li kien qed jagħmel fil-Litwanja, ħeġġeġ mill-ġdid lill-Alleati ta’ pajjiżu biex jipprovdulu aktar armamenti ta’ difiża għal kontra l-attakki mill-ajru.