Sport Sport Ieħor

Liam Daly jingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar

Liam Daly ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Diċembru f’għażla organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u Atlas Insurance.

Liam Daly, li għad għandu 13-il sena, huwa triatleta mal-klabb Għawdxi Shamrock Stars.

F’Diċembru huwa ġie onorat minn Triathlon Ireland, hekk kif spiċċa fl-ewwel post fil-kategorija 12/13-il sena kemm fil-Youth Series u anke fil-Kampjonat Nazzjonali li sar fl-Irlanda.

Huwa kien ippremjat waqt ċerimonja li saret fi Sport Ireland Campus.

F’Ottubru li għadda huwa kien sar l-iżgħar għawwiem Malti li qatt wettaq għawma ta’ 11-il kilometru.

It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Diċembru 2023, kien ippreżentat lil Daly minn Matthew von Brockdorff, Kap Eżekuttiv u Direttur Maniġerjali ta’ Atlas Insurance flimkien ma’ Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance flimkien mal-amminstratur fi ħdan l-Għaqda Ġurnalisti Sports Stephen Azzopardi.

Dan il-premju ta’ kull xahar jingħata b’inizjattiva konġunta tal-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Atlas Insurance.