Irvelli li seħħew fil-Belt kapitali ta’ Papua New Guinea, Port Moresby ħallew mill-inqas tmien persuni mejta.
Ħwienet u karozzi bdew jitqabbdu bin-nar wara li l-Pulizija sejħu strajk minħabba diżgwid dwar il-pagi wara li ġie magħruf li dawn se jonqsu f’50%. Kaġun ta’ dan, mijiet niżlu fit-toroq jipprotestaw.
Il-Prim Ministru, James Marape qal li dawk li jiksru l-liġi mhux se jkunu tollerati.
L-armata kellha tissejjaħ fit-toroq tal-Belt biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Is-sitwazzjoni ġiet xi ftit jew wisq ikkontrollata iżda t-tensjoni għadha tinħass sew.
It-tnaqqis fil-pagi ġiet wara li l-Prim Ministru qal li kien hemm żball fis-sistema li ma kellhomx kontroll fuqha.
//= $special ?>