L-eks Gvernatur ta’ New Jersey, Chris Christie, iritra mit-tellieqa bejn il-kandidati Repubblikani li tiddeċiedi min minnhom, f’Novembru, jikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti għan-nom tal-partit.
Intant, Christie, waqt diskors, infexx f’attakk qawwi fuq Donald Trump – l-eks President Amerikan u favorit assolut li jikseb mill-ġdid in-nomina tal-Partit Repubblikan .
U għalkemm Christie, darba, kien alleat kbir ta’ Trump, hu enfasizza li ‘se jagħmel li jista’ biex bl-ebda mod ma jgħin lil Trump biex jerġa’ imexxi pajjiżu.
Dan ukoll fost id-dikjarazzjoni ta’ Christie li kien qed iwarrab mit-tellieqa waqt avveniment politiku fl-Istat ta’ New Hampshire.
Sadanittant, Chris Christie ma qalx min qed jappoġġja minn fost il-kandidati Repubblikani li fadal — u meta hu, qabel, kien taħt pressjoni biex jirtira l-kandidatura u jippermetti lill-kandidati l-oħra biex jingħaqdu wara rivali denju għal Donald Trump.
//= $special ?>