Internazzjonali

Tibda tħejji pjan biex tara kif se tqassam lin-nies il-€25 miljun li wirtet mingħand nannitha

Ċittadina Awstrijakka qed tgħaqqad grupp ta’ 50 persuna biex tiddeċiedi magħhom kif se tkun qed tqassam il-€25 miljun li wirtet mingħand nannitha minflok iżżommhom kollha għaliha.

Marlene Engelhorn, li għandha 31 sena u toqgħod Vjenna qalet li dan il-wirt qatt ma ħadmet għalih hi u allura ma tħossx li għandha żżommu hi.

Fl-2008, il-Gvern Awstrijak kien ħa d-deċiżjoni li jneħħi t-taxxi minn fuq dak li jkun wieħed wiret, b’Engelhorn temmen li dan mhux ġust.

Engelhorn tiġi minn Friedrich Engelhorn, il-fundatur tal-kumpanija Ġermaniża BASF. Hi qed tisħaq li trid tqassam mad-90% tal-wirt.