Iċ-champions renjanti Ħamrun Spartans ħabbru uffiċjalment l-akkwist tad-difensur Spanjol ta’ 26 sena eks Floriana Christian Rutjens biex b’hekk isir l-ewwel akkwist tagħhom f’dan is-duq ta’ trasferimenti.
Din l-istorja kienet l-ewwel żvelata mill-paġna ta’ facebook ta’ Replay il-Ħamis filgħaxija, bl-Ispartans jikkonfermaw l-akkwist il-Ġimgħa filgħodu.
Rutjens riċentement kien qed jilgħab ma’ AFC Chindia, fit-tieni diviżjoni tar-Rumanija wara esperjenza qasira ma’ Calcio Foggia 1920.
Huwa inġieb Malta minn Floriana FC fl-istaġun 2021/22 fejn magħhom rebaħ l-FA Trophy.
Barra minn hekk, iċ-champions renjanti għadhom ukoll qed jaħdmu biex jakkwistaw lill-plejer ta’ Naxxar Lions FC William Marcilio. Il-winger ta’ 27 sena qed ikollu staġun mill-aqwa fil-Kampjonat BOV Premier u s’issa sab ix-xibka 4 darbiet.
