Swieqi United Futsal u Birżebbuġa St Peter’s bdew l- 2024 bl-aħjar mod possibbli meta kisbu rebħiet importanti fil-partiti rispettivi tagħhom fl-Enemed Futsal League.
Birżebbuġa St Peter’s għelbu l-isfida diretta ta’ Ta’ Xbiex Futsal bl-iskor ta’ 7-5. Il-plejer Franċiż Julien Bolard kien f’forma mill-aqwa għal Birżebbuġa meta skorja tlett gowls b’Kieran Debono jiskorja żewġ gowls. Sebastian Obando u Sean Parnis skorjaw il-gowls l-oħra għal Birzebbugia.
Ta’ Xbiex baqgħu fil-partita b’gowls ta’ Stefi Cale, Jason Gauci, Christian Wismayer, George Frendo u Matthias Camilleri. Swieqi United Futsal ftit sabu diffikulta’ biex jegħlbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena 9-2. Brayan Stiven Silva Rivera skorja ħames gowls b’Justin Theuma li skorja żewġ gowls u gowl kull wieħed minn Rodney Debono u Ryan Muscat.
Colin Sammut u Cody Baguley skorjaw il-gowls tas-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena.
//= $special ?>