Il-prezz taż-żejt tela’ b’xejn anqas minn erba’ fil-mija b’konsegwenza tal-aħħar azzjonijiet militari tal-Istati Uniti u r-Renju Unit kontra l-Houthi fil-Jemen.
Dan meta barmil żejt ta’ Bent crude mhux irraffinat kien qed jinbiegħ għal ftit aktar minn 80 dollaru Amerikan.
Fl-istess ħin, żdiedet l-ansjetà li l-attakki tal-ajru tal-Ġimgħa għandhom jirrankaw it-tensjoni fil-Lvant Nofsani — b’impatt għall-provvista taż-żejt mir-reġjun.
U għalkemm l-attakki tal-Houthi għalissa qed jikkonċentraw fuq il-Baħar l-Aħmar, l-analisti qed jinkwetaw li l-ostalitajiet kapaċi jinfirxu wkoll lejn il-Baħar ta’ Hormuz – bejn il-Golf Persjan u l-Golf tal-Oman – u fost l-effetti ħafna aktar inkwetanti għall-proviżjoni u t-trasport taż-żejt.
Dan meta madwar 20 miljun barmil żejt qed ikunu trasportati kuljum mill-Baħar ta’ Hormuz u li huma ekwivalenti għal 20 fil-mija tal-konsum fuq livell globali.
//= $special ?>