Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, fi tmiem din il-ġimgħa, ir-Renju Unit mistenni jesperjenza temperaturi baxxi ħafna, li jistgħu jwasslu għal ammont kbir ta’ borra u silġ.
Dan it-tibdil fit-temperatura, huwa riżultat ta’ pressjoni għolja li se tinżel mit-Tramuntana tal-pajjiż u li se taffettwa t-temperaturi f’partijiet differenti tar-Renju Unit, bejn l-aħħar ta’ Jannar u l-bidu ta’ Frar.
Għalkemm mhux ċert liema huma dawk il-partijiet tal-pajjiż li se jintlaqtu, numru ta’ twissijiet ħarġu l-iktar minħabba diffikultajiet fit-toroq li jistgħu jiltaqgħu maghħom is-sewwieqa.
//= $special ?>