Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera laqgħet appell tal-Avukat Ġenerali fil-konfront ta’ Luca Andrea Cutajar ta’ 28 sena u sabitu ħati li kkaġuna feriti gravi fuq is-sieħba tiegħu, li kienet għal xi mumenti fil-periklu tal-mewt. Il-vittma tgħid li l-vjolenza fuqha kienet ilha għaddejja s-snin.
Mill-provi ħareġ li Cutajar sawwat lit-tfajla bi xkupa fuq rasha fid-dar tagħha ġewwa n-Naxxar. L-Ewwel Qorti kienet illiberat lil Cutajar, imma l-Imħallef Scerri Herrera qalet fis-sentenza tagħha li din għamlet apprezzament ħażin tal-provi u għalhekk ikkundannat liż-żagħżugħ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Kien nhar l-10 ta Awwissu 2019, li t-tfajla kienet iddaħħlet l-isptar Mater Dei proprju fid-dipartiment tal-Emergenza u wara li ġiet invistata mit-tobba ġiet ċertfikata li kienet qeda fil-perikolu tal-mewt u sussegwentement ġiet ċertfikata li kellha ferita gravi konsistenti fi frattura tal-imnieħer.
Kelllha ‘low Glassgow Coma scale’ (terminu li jintuża biex jiddeskrivi oġġettivament il-firxa ta’ trawma akuta. L-iskala tivvaluta l-pazjenti minn aspetti tar-rispons: risponsi li jiftħu l-għajnejn u dawk verbali) u għalhekk ma kientix f’sensiha.
Meta imbaghad ġiet f’sensiha spjegat il-pulizija li kient ġiet imsawta mill-partner tagħha – l-akkużat. Dan kien ġie mitkellem mill-Pulizija li qal li ma kienx veru li sawwatha iżda li kien rieqed u li qajmuh uliedu u meta qam sab li kient ma l-art .
Il-pulizija ftit wara li l-vittma ddaħħlet l-isptar marret fil-post fejn kienu jirrisjedu l-akkużat u s-sieħba tiegħu u sabu li kollox kien f’postu u ma kien hemm l-ebda taqlib. Mill-provi ħareġ li l-ewwel Qorti ma emmnitx lill-parte civile u dan għaliex fl-ewwel verżjoni hi tat lill-Pulizija l-isptar ftit wara li ġiet aggredita stqarret li l-akkużat kien taha daqqa fuq wiċċha u konsegwenza ta’ din hija waqgħet ma l-art u taha ħass ħazin.
Iżda sussegwentement meta xehdet il-Qorti daħlet iktar fil-fond u spejgat li l-akkużat kien taha ukoll daqqiet bl-ixkupa fuq rasha. Il-fatt li din l-aggressjoni aħħarija ma ssemmietx minnha fl-ewwel inkontru tagħha mal-pulizija u li fil-fehma tal-ewwel Qorti dan dgħajjef il-kredebbilità tagħha.
Il-Qorti tal-Appell qalet li ma taqbilx mar-raġunament meħud mill-ewwel Qorti f’dan irrigward u dan għaliex meta ġiet mitkellma ftit wara l-inċident hi ma kintix għada totalment f’sikkta tant li lanqas taf kif spiċċat l-isptar għaliex kienet intilfet minn sensiha.
Meta xehdet il-Qorti huwa minnu li diversi xhur wara pero hi kienet iktar komposta u naturalment setgħet tiftakar l-inċident b’iktar dettal għaliex ġiet mistoqsija diversi domandi mill-partijiet u għalhekk kellha l-opportunità li tespandi fuq id-deposizzjoni tagħha quddiem l-Ispettur Elton Taliana.
L-ewwel Qorti tgħid li meta iddaħħlet l-isptar ftit wara l-inċident kull ma rriskontraw skond ix-xhieda tat-tabib li raha fid-dipartiment tal-Emergenza kien tbenġila żgħira fuq in-naħa tax-xellug.
Kien biss wara li saru eżamijiet ulterjuri li rriżulta li kellha frattura żgħira fl-għadma tal-imnieħer. L-ewwel Qorti tistqar li ma temminx lill-vittma f’dak li qalet għaliex kieku verament qalgħet id-daqqiet li iddiskreviet hi kien ikollha iktar ħsara fuq persuntha.
Il-Qorti tal-Appell qalet li hawn ukoll ma taqbilx ma dan ir-raġunament. Biżżejjed jingħad li l-vittma daħlet l-isptar mitlufa minn sensiha bi ‘Glasgow Coma scale’ baxx u fil-periklu tal-mewt. Kien biss maż-żmien li ġiet f’tagħha. Wieħed għandu jiftakar li l-vitma kienet isterika u aġitata ħafna tant li kellhom jagħtuha il-mediċini biex jikkalmawha u dan żgur li seħħ minħabba it-trawma li għaddiet minnha.
L-ewwel Qorti tgħid li l-vittma setgħet kienet fi stat ta’ perikolu peress li ħadet xi mediċini legali in eccess. Pero mill-provi prodotti dan il-fattur ma jirriżultax. Ma kien hemm ħadd li ta xi eżamijiet tossikoloġiċi tagħha li taw xi riżultat f’dan ir-rigward u għalhekk l-ewwel Qorti ma setgħetx tqis possibbiltà’ bħal din mingħajr konfort ta’ xejn.
L-ewwel Qorti ukoll tiġġustifika id-deċiżjoni tagħha li ma kienx l-akkużat li kkawżalha l-feriti għaliex meta l-pulizija marru id-dar ma sabu l-ebda taqlib fiha. Il-Qorti tal-Appell qalet li wkoll ma tistax taqbel ma’ dan ir-raġunament għaliex fl-ebda ħin mal-vittma qalet li kien hemm xi taqlib, tkissir jew taqllib id-dar.
Allura dan il-fatt li fid-dar ma kien hemm xejn mhux f’loku ma jnaqqasx mill-kredibbilita tal-vittma u tali prova ma tistax titqies bħala xi prova indikattiva li isaħħaħ l-innoċenza tal-akkużat kif rraġunat l-ewwel Qorti.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li r-relazzjoni tal-espert nominat mill-ewwel Qorti – Dr Edward Cherubino, stqarr li kien hemm ksur tal-imnieħer tan-naħa tax-xellug u kklasifika din il-ferita bħala waħda ta’ natura gravi.
Rat ukoll dak li qal Dr Mario Pio Vella fejn dan stqarr li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li t-tfajla kienet vittma ta’ overdose u l-uġiegħ li sofriet kienu kawża ta’ trawma fiżika. Dan kollu jaqbel ma’ dak li qalet il-vittma li s-sieħeb tagħha ta daqqa f’wiċċha jikkorobora dak li qalet l-prosekuzzjoni li Cutajar ikkawża ferita gravi fuq il-persuna tagħha.
Il-fatt li huwa taħa daqqa huwa sinjifikattiv li ried jikkawżalha ħsara fuq persuntha. Dan lgħemil jirrappreżenta l-intenzjoni ġenerika tiegħu li jagħmel il-ħsara.
L-akkużat ma xehdx kif kellu kull dritt jagħmel pero kien irrilaxja stqarrija fil-bidu tal-investigazzjoni u minn eżami li sarlu qal li huwa li kien rieqed fl-istess dar tagħha u li kien ġie imqajjem minnha ftit qabel u ma setax jgħid kif effettivament l-vittma spiċċat mitlufa minn sensiha mal-art tant li ħass il-ħtiega li jċempel l-ambulanza u joħodha l-isptar.
Qal li kienu uliedu li qajmuh u meta qam sab lil vittma mal-art. Din il-verżjoni mogħtija minnu mhijiex kredibbli fiċ-ċirkostanzi. Il-vittma tgħid li dakinhar tal-inċident uliedha ma kellhomx x’jieklu.
L-akkużat fl-istqarrija jammetti li kien ikunu ġranet meta t-tfal ma jkollhomx jieklu tant li kien hemm involut allegatament xi ‘social worker’ li ma xehditx f dawn il-proċeduri. Jgħid pero li ġieli jkollhom xi jgħidu u li l-vittma tieħu il-panadols u catafast ta’ sikwiet.
Il-vittma tiddeskrievi x-xebgħa li qalet u tgħid li kienet ilha tissawat għal 7 snin
Dan hu indikanti li l-vittma kienet tbati minn uġiegħ fir-ras minħabba dak li kienet għaddejja minnu kif stqarret hi fil-Qorti fuq il-pedana tax-xhieda. Mistoqsi kif sab lil vittma dakinhar jgħid li kienet mal-art qishom qed ituha l-fits, wiċċha il-fuq ma kintix mitlufa minn sensiha għal kollox imma ma setgħetx tkellmu.
Kieku l-vittma kienet tbati minn xi storja ta’ fits l-akkużat kien iressaq prova f’dan ir-rigward biex jissostanzja dak li qal pero din il-prova ukoll hija nieqsa. Mill-atti ma jirriżultax li l-vittma kellha xi storja ta’ mard. Din il-Qorti temmen iktar dak li qalet il-vittma u għalhekk hija qed issib lill-akkużat ħati ta’ din l-ewwel akkuża.
Fix-xhieda tagħha l-vittma qalet li fl-10 ta’ Awwissu, 2019 kien bejn is-7.00am u t-8.00am li kienet ġiet imsawtha tant li kienet itilfet minn sensiha. Dan l-inċident kien seħħ ġewwa darha u li lejliet l-inċident Luca Cutajar, kien wasal mix-xogħol u talabha biex tqajmu għax-xogħol l-għada.
Hi qamet kmieni ghall-ħabta tal-5.00a.m biex tnaddaf id-dar qabel ma jqumu t-tfal. Bdiet tnaddaf u fil-ħin indunat li kienu saru s-7.00a.m u marret tiġri tgħidlu li saru is-7.00 a.m. Irringrazzjaha u kompliet taħdem fid-dar. Għall-ħabta tas-7.30a.m qajmet lit-tfal li kienu bil-ġuħ.
Reġgħet marret ħdejn Luca għaliex ħasbet li kien se jkun tard u kien nervuż għax reġgħet ipprovat tqajmu. Qalet li binha ried il-ġobon iżda bintha ma għoġobhiex. Qalet li kienet sikkata fil-flus għaliex dak iż-żmien ma kienitx qed taħdem u missierha kien marid u għalhekk ma kienx qed jgħinha finanzjarament.
It-tifla telqet tiġri u hi ġriet warajha. Rat il Luca bil-wieqfa u staqsiha x’kien ġara qaltlu li t-tifla ma għoġobhiex l-ġobon u li ma kellhiex flus u beda jidgħi u qallha biex tieħu il-€20 li kellu. Qaltlu li ma kienitix ser toħroġ u tmur tixtri meta rat li kien daqshekk nervuż u aggressiv.
Tgħid li ġibdet lil bintha fuq saqajha għaliex kienet imwerwra. Huwa ġibed lilha l-isfel għal ma l-art. Mar għal fuqha u taha daqqiet ta’ ponn fuq mnieħirha, għajnejha u fuq geddumha. Qabad l-ixkupa u beda itiha fuq rasha.
Li taf hu li imbagħad qamet u sabet ruħha l-ITU u quddiemha kella l-Ispettur Taliana flimkien ma’ xi tobba. Spjegat li dan kollu seħħ għal seba’ snin sħaħ. Nhar l-10 ta’ Awwissu, 2019 reġa kien hemm l-abbuż. Qaltlu li jekk ma kienx kuntent magħha seta’ jitlaq faċilment. Fil-fatt qaltlu biex jitlaq għaliex id-dar kienet tagħha. Qallha li biex jitlaq kellha iġġib il-pulizija. Tgħid li mhux veru li meta tkelmet ma l-ispettur Taliana ma ftakrietx x’kien ġara.
Dwar it-tieni akkuża u ċioe li kkaġuna lil koabitana tiegħu biża’ li se tintuża vjolenza kontra tagħha jew kontra l-propjeta tagħha jew kontra l-persuna jew il-propjeta’ ta’ xi ħadd mill-axxendenti, dixxendenti, aħwa jew familjari oħra tagħha hi taqbel mad-deċiżjoni tal-ewwel Qorti li lliberat lill-akkużat.
//= $special ?>

