L-Istati Uniti u r-Renju Unit bdew bl-attakki tagħhom fuq il-Houthi f’Jemen dan wara li l-grupp Houthi wettaq xejn anqas minn 27 attakk fuq vapuri li kienu għaddejjin mill-Baħar l-Aħmar.
Il-Houthi bdew jattakkaw il-vapuri fil-Baħar l-Aħmar wara li faqqgħet il-Gwerra fil-Medda ta’ Gaza.
Madankollu ftit wara li bdew dawn l-attakki eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw quddiem il-White House f’Washington DC kif ukoll f’New York fl-Istati Uniti.
B’reazzjoni għal dan kollu l-grupp Houthi sostnew li se jkomplu bl-attakki tagħhom fuq il-vapuri li jkunu fi triqtom lejn l-Iżrael dan filwaqt li l-attakki mill-Istati Uniti kif ukoll mir-Renju Unit qatt ma jistgħu jkunu ġustifikati.
Intant, l-Iran ikkundannat dan l-attakk filwaqt li r-Russja talbet għal laqgħa urġenti sabiex jiġu diskussi dawn l-iżviluppi.
//= $special ?>