L-attiriċi ta’ dixxendenza Maltija Marisa Abela se tkun qed tinterpreta l-parti ta’ Amy Winehouse fil-film ‘Back to Black’ li mistenni joħroħġ fix-xhur li ġejjin.
Proprju fl-aħħar sigħat kien ippubblikat t-trailer tal-film li fil-parti prinċipali se jkun hemm din l-attriċi li għandha dixxendenza Maltija… film se joħroġ f’April li ġej.
Marisa Abela li għandha 27 sena ħadet sehem fost l-oħrajn fil-film ‘Barbie’. Id-debut tagħha kien meta ta’ 11-il sena interpretat il-parti ta’ Alice fil-film ‘Man in a Box’ fl-2008.
Hija għandha għeruq internazzjonali, fejn missierha huwa Malti-Libjan u l-familja ta’ ommha għandha għeruq Pollakki u Russi.
//= $special ?>