Lokali Qorti

Mixli b’importazzjoni ta’ kokaina għal skop ta’ traffikar

Belġjan ta’ 27 sena baqa’ miżmum taħt arrest wara li tressaq il-qorti mixli li traffika u mporta d-droga kokaina. Stef Lurquin huwa l-persuna akkużat b’dan ir-reat hekk kif l-Ispettur Jonathon Cassar ntalab biex jgħid x’wassal għall-arrest tiegħu.

Cassar qal li gie infurmat mid-dwana li rċevew pakkett li allegatament fih madwar tliet kilos cannabis grass. Kien għalhekk li saret ‘controlled delivery’. L-Ispettur qal li ħa l-pakkett fl-indirizz indikat fuq il-pakkett, fejn l-akkużat fetah l-bieb li sostna li l-pakkett kien tat-tfajla tiegħu, imma li rriżulta li kien tiegħu.

Ghall-akkuzi migjuba kontrih, ir-ragel li jaħdem fis-settur tal-gaming wiegeb mhux ħati li fil-11 ta’ Jannar, fil-ġranet, ix-xhur u s-snin ta’ qabel importa d-droga għal skop ta’ traffikar. Id-difiża mmexxija mill-avukat tal-għajnuna legali Martina Herrara talbet għal ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha.

Il-Maġistrat Lara Lanfranco ċaħdet it-talba ghal liberta proviżorja minħabba n-natura tar-reat u l-ammont li allegatament qed jipi mixli bi traffikar.