Il-Monsinjur Professur Hector Scerri inħatar bħala membru tal-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta għad-Djalogu Teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Ortodossa.
Mons. Hector Scerri, li għandu 58 sena, ilu Konsultur tad-Dikasteru
għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara mill-2014. Huwa professur tat-teoloġija dommatika u tal-ekumeniżmu fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, u l-President tal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u tal-Kummissjoni Dottrinali tal-Konferenza Episkopali Maltija.
Il-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta ilha tiltaqa’ sabiex ġġib ‘il quddiem id-djalogu teoloġiku bejn il-Knisja Kattolitika u l-Knisja Ortodossa sa mill-1980.
Din il-Kummissjoni hija mmexxija mill-Kardinal Kurt Koch, Prefett tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara u l-Metropolita Ġob ta’ Pisidja f’isem il-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli.
//= $special ?>