Internazzjonali

Netflix iwaqqaf film Indjan wara kritika qawwija mill-komunità Hindu

Il-film Indjan ‘Annapoorani: The Goddess of Food‘ ġibed lejh kritika qawwija wara li bosta nies ta’ twemmin Hindu stqarrew li ħassewhom offiżi u mweġġa’ wara li segwew dan il-film.

L-istilla tal-films Indjana, Nayanthara, tinterpreta l-parti ta’ mara Hindu li tixtieq tibda l-karriera tagħha bħala kok professjonali. Dan iwassala sabiex tmur kontra t-twemmin tal-familja tagħha għaliex tispiċċa ssajjar u tiekol l-laħam.

Kien għalhekk illi kien hemm ħafna kritika fuq il-parti f’dan il-film fejn karattru ta’ twemmin musulman implika li l-alla tal-Hindu ‘Ram’ xi darba ukoll kiel il-laħam

Minħabba dan il-film, bosta nies Hindu ħassewhom offiżi u mweġġa’ – tant li fl-istat ta’ Madhya Pradesh infetaħ każ, u qieghdin jiġu investigati l-attriċi Nayanthara u tnejn min-nies oħra involuti f’din il-produzzjoni.

Għalkemm ċertu nies ħadu gost bl-azzjoni ta’ Netflix, bosta stqarrew li din kienet mossa perikoluża għar-raġuni li llum il-ġurnata produzzjonijiet ta’ kull tip qiegħdin jispiċċaw iċċensurati.