Raġel ta’ 41 sena kellu jittieħed l-isptar wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu.
Il-każ seħħ fis-6am fi Triq Reġjonali, direzzjoni lejn Paceville.
Net News jinsab infurmat li r-raġel, residenti l-Gżira, kien qed isuq karozza tat-tip Mercedes. U għal xi raġuni skidja u ħabat ma’ siġra tal-palm.
Is-sewwieq tal-Mercedes laqat vettura oħra li kienet qed tinstaq fl-istess direzzjoni. Din kienet vettura tal-għamla Toyota, bis-sewwieq ma jsofri ebda ġrieħi.
Fil-post issejħet ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
Kelliem għall-Pulizija qalilna li s-sewwieq ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>