Fl-Al Awwal Park, fit-tieni semi finali tas-Super Cup ta’ Spanja, Barcelona għelbu lil Osasuna 2-0.
Rebħa li mmaturat fit-tieni taqsima sabiex fil-finali Barcelona jilagħbu kontra Real Madrid li fl-ewwel semi finali għelbu 5-3 lil Atletico Madrid.
Matul l-ewwel taqsima minkejja dominju assolut minn Barcelona, b’xi mod Osasuna u wisq aktar Sergio Herrera żammew l-iskor intatt.
Fid-59 minuta iżda Barcelona fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Ilkay Gundogan kien Robert Lewandowski li għeleb lil Sergio Herrera. Barcelona skorjaw it-tieni gowl fit-93 minuta permezz ta’ Yamal Lamine minn azzjoni ta’ Joao Felix.
Il-finali bejn Barcelona u Real Madrid tintlagħab nhar il-Ħadd 14 ta’ Jannar.
//= $special ?>