Bormla Subbuteo Club, li jinsabu fit-tielet post fir-ranking dinji tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Table Football, rebħu il-Yorkshire International Open 2024.
Fl-Ingilterra, Bormla fil-finali rebħu 3-1 lil Elstow Uk. Biex għaddew għall-finali Bormla Subbuteo Club rebħu l-partiti kollha fi Grupp 1 b ‘żewġ rebħiet identiċi 4 -0 kontra Kent Invicta u Tim B Yorkshire.
Fis-semi finali Bormla rebħu 4-0 kontra Tim B Hennuyer tal-Belgju sabiex fil-finali wettqu rebħa ta 3-1 kontra Elstow UK f’partita li ddominaw.
It-tim ta’ Bormla Subbuteo Club kien magħmul minn Mauro Camilleri bħala captain, George Ebejer, Josef Camilleri ,John Zammit u Thomas Ebejer. Fil-kompetizzjoni Individwali Mauro Camilleri tilef 3-2 fil-ħin barrani kontra Remi Sorret ta’ Franza filwaqt li Josef Camilleri wasal is-semi finali fil-kompetizzjopni Open u Thomas Ebejer temm fit-tielet post fil kategorija ta’ Taħt l-20 sena.
//= $special ?>