Fl-Amazon instabet belt antika li hi fost l-ikbar li qatt instabet; moħbija taħt l-art.
Din l-iskoperta straordinarja taf tbiddel dak li konna nafu sa issa dwar l-istorja taċ-ċiviltà fil-foresta tal-Amazon.
Din il-belt antika instabet f’Upano – zona fil-Lvant tal-Ekwador – bid-djar u l-pjazzez li nstabu kienu jinfdu u jwasslu għal toroq u kanali tal-ilma.
Il-Professur Stephen Rostain qal li din il-belt hija l-ikbar u l-iktar antika li qatt instabet. Hu jemmen ukoll li din l-sikoperta ser tbiddel dak li diġa’ nafu dwar il-kultura u ċ-ċiviltà.
Din il-belt inbniet madwar 2,500 sena ilu u sa 1,000 sena kien għad hemm numru ta’ persuni jgħixu f’din l-istess belt. Il-popolazzjoni ta’ din il-belt kienet ta’ iktar minn 10,000 ruħ, u hemm arkeoloġi li saħansitra jemmnu li l-popolazzjoni kien hemm drabi fejn laħqet il-100,000 ruħ.
F’din iż-żona tal-Amazon hemm ukoll vulkan – u huwa propju għalhekk illi l-art hi fertili ħafna. Iżda jidher li kien dan l-istess vulkan illi wassal sabiex din il-belt tinqered.
//= $special ?>