Sudaniż ta’ 23 sena u li għamel xi żmien jgħix f’garage Ħaż-Żabbar ġie kkundannat tmien xhur ħabs mill-Maġistrat Victor Axiak wara li ammetta li seraq iPhone u Bluetooth Speaker minn ristorant fil-Belt Valletta. Huwa ammetta wkoll li seraq ħwejjeġ minn żewġt ħwienet f’Tas-Sliema.
Alataya Abdelazim Omer Ibrahim ikkopera mill-ewwel mal-Pulizija fejn ammetta li seraq apparat elettroniku u ħwejjeġ. Huwa qal lill-Pulizija li kien seraq il-ħwejjeġ għaliex kien qed iħoss il-bard u ma kellux saqaf fuq rasu.
Hu kien identifikat minn filmati tas-CCTV mir-ristorant iżda l-identità tiegħu għall-ewwel ma kinitx magħrufa. Huwa iżda kien arrestat wara li sid ir-restorant lemħu f’Tas-Sliema. Meta nqabad kellu li rriżulta li kienu misruqa.
Ibrahim li qed ifittex l-ażil ammetta li seraq diversi oġġetti fuq perjodu ta’ tliet ijiem. Hu ammetta li fil-5 ta’ Jannar wettaq is-serqa bill-Belt Valletta b’valur li l-€232.94ċ.
Ammetta wkoll li wettaq serqa nhar it-Tnejn li għadda minn tas-Sliema, liema valur kien wieħed inqas mis-serqa tal-Belt, Valletta. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Manuel Grech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi Gabriel Micallef u Daryl Borg. L-Avukat Martin Fenech deher għal Ibrahim.
//= $special ?>